Home Food & Drink

It-tronġ jinsisti: tqabblunix aktar ma’ Silvio Schembri

Karl Stennienibarra

It-tronġ qed jitlob lill-Maltin biex jieqfu jsejħu lil Silvio Schembri tronġa, billi dan huwa ta’ offiża kbira għall-frott. 

Il-Ministru tal-Ekonomija spiss qed jitgħajjar tronġa, hekk kif ilbieraħ ħabbar li l-barranin se jitkeċċew mill-pajjiż jekk jisfaw bla xogħol.

“Normalment ’qas nagħtu wisq kas meta xi ħadd juża l-ispeċi tagħna bħala tgħajjira, avolja ma nafux għalfejn tużaw ‘tronġa’. Iżda din li qed tinsinwaw li Silvio Schembri huwa wieħed minna żejda,” stqarr il-president ta’ Moviment Grapefruitti.

“L-ewwel nett aħna intelliġenti aktar minnu. Barra minn hekk, nafu nuru solidarjetà ma’ tip ta’ frott ieħor. Stenn, minbarra l-kiwi. Dawk jistgħu jmorru jiħduh.” 

Il-president issuġġerixxa li n-nies għandhom jużaw ‘Silvio Schembri’ bħala tgħajjira.

“Ma nistax naħseb f’espressjoni aqwa minn “Imma kemm int Silvio Schembri” biex turi lil xi ħadd kemm huwa injurant, moħħ piżella u mitluf.”