Home News

Alla: ‘Mhux vera qażżewni’

Il-Mulej Alla dalgħodu ċaħad li jinsab “mqażżez”.

‘Qażżistu ‘l Alla’ (normalment miktuba ħażina) hija fost l-iktar frażijiet popolari li jħobbu jiktbu l-partitarji Laburisti fuq Facebook fil-konfront ta’ dawk li jopponu u jikkritikaw il-gvern, flimkien ma’ ‘ja qatta ndannati’ u ‘xi dwejjaq għandkom’

“Il-Laburisti ilhom kważi xahrejn sħaħ jgħidu lid-dimostraturi li qazżewni, u issa qabżitli l-ostja. Lanqas biss saqsewni x’naħseb qabel m’użaw ismi. La talba, la telefonata, la email, xejn,” qal il-Mulej fi stqarrija mill-Ġenna.

“Kieku ndenjaw ruħhom isaqsuni, kont ngħidilhom li l-pożizzjoni tiegħi hija favur il-protesti kontra l-gvern. Dan Joseph, li għall-grazzja Tiegħi issa telaq, kien jaħseb li hu xi Messija ġdid. Tgħid mhux se nappoġġja lilu u lil sħabu l-korrotti l-oħra? Jista’ jmur Betlehem kemm iż-żobb irid. U f’ġieh Jien, iġġiegħlunix nibda fuq Michelle għax litteralment ma nispiċċa qatt.”

Mistoqsi x’jaħseb dwar il-prim ministru l-ġdid, il-kreatur tal-univers qal:

“Dan Robert Abela jidher li hu bott liba wkoll eh, ngħiduha kif inhi. Ifhem, avukat tal-PA. X’tistenna? U ma nafx min hu responsabbli għal dak ix-xedaq ta’ gorilla l’għandu. Żgur mhux xogħli.”

Alla stqarr li jekk il-Laburisti ma jiqfux jużaw ismu mingħajr permess, se jkollu jieħu miżuri estremi biex iwaqqafhom milli jagħmlu dan.

“Daqt ngħid lil Charlie biex jagħmlilhom interdett ieħor. Bla nejk.”

Grazzi talli qrajt dan l-artiklu. Karl Stennienibarra jixtieq jkompli jwasslilkom l-iktar aħbarijiet serji f’Malta. Iżda sabiex jagħmel dan, għandu bzonn l-appoġġ tiegħek. Biex issir taf iktar fuq kif tista’ tgħinu finanzjarjament, agħfas fuq dan il-link.